Żjara Mit-‘Tooth Fairy’!

 Żjara Mit-‘Tooth Fairy’!

Illum donna daħlet użanza li hekk kif tifel jew tifla tinqalahom sinna, tiġi t-tooth fairy sabiex itihom xi ħaga tal-flus. Iżda t-tooth fairy tal-Kardashians donnha speċjali!

Kourtney Kardashian għamlet sorpriża lil tifel tagħha ta’ 6 snin Reign, hekk kif dan inqalatlu sinna. 

Kourtney qasmet iż-żjara tat-tooth fairy fuq Instagram, fejn fost l-oħrajn jidher il-bieb li t-tooth fairy tuża sabiex tgħaddi għad-dinja tagħna! Jidher li din ħalliet ukoll nota lit-tfajjel Reign sabiex tispjegalu li minħabba ċ-ċokon tagħha ma setgħetx iġiblu ġugarell iżda tagħtu flus sabiex ikun jista’ jagħżel ġugarell hu stess! 

Jidher li t-tooth fairy mhux l-ewwel darba li żaret lil din il-familja, hekk kif fl-2016 Kourney kienet tat lil binha Mason Disick $100 mingħand it-tooth fairy, għax dak l-ammont kellha fil-portmoni!

Ritratti: People/Kourtney Kardashian/Instagram

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com