Għal 5 Darbiet Fl-Aħħar 6 Snin Malta Tat It-12-Il Punt Tagħha Tat-Televoting Lill-Italja Fil-Eurovision
Għall-finali tal-Eurovision ta’ nhar is-Sibt li ġej, Malta, l-Italja u Franza huma t-tlett pajjiżi li qed jingħad li għandhom l-akbar ċans li jerbħu.
Intant, kif tħabbar fuq StradaRjali.com aktar kmieni, fuq il-paġna ta’ Facebook bl-isem ta’ L-Italia all’ Eurovision Song Contest, inkiteb messaġġ biex ifakkar lill-pubbliku Taljan sabiex jħaddem moħħu kif jivvota nhar is-Sibt li ġej, jiġifieri bażikament qed jiskoraġixxu lit-Taljani milli jivvutaw lil Malta sabiex jiżdied iċ-ċans li l-Italja terbaħ dan il-festival.
Jekk wieħed imur lura għas-snin li għaddew u jara’ kif il-pubbliku Malti (televoting) ta il-punti tiegħu fil-finali tal-Eurovision, wieħed jinnota li fl-aħħar 6 snin Malta tat it-12-il punt tat-televoting tagħha lill-Italja għal 5 darbiet.
Dawn huma l-5 kanzunetti tal-Italja li l-pubbliku Malti tahom punti massimi:
2019
2018
2017
2015
2014
Taħseb li din is-sena l-poplu Malti se jerġa’ jagħti l-appoġġ tiegħu lill-Italja?