Għal Sena Oħra, Il-Festi Mhux Se Jsiru Bħas-Soltu

 Għal Sena Oħra, Il-Festi Mhux Se Jsiru Bħas-Soltu

Rapporti fil-ġurnali qalu li l-awtoritajiet tas-saħħa f’pajjiżna ser jinsistu biex matul is-sajf li ġej, ma jsiru l-ebda festi u attivitajiet oħra tal-massa biex il-programm ta’ vaċċinazzjoni ma jkunx ipperikolat.

Din se tkun it-tieni sena mingħajr il-festi organizzati tradizzjonalment kif nafuhom.

Madanakollu, kien hemm ukoll bosta organizzazzjonijiet li għalkemm saħqu li jixtiequ li l-festi jerġgħu jibdew isiru llum qabel għada, tennew ukoll li din is-sena kapaċi tkun diffiċli minħabba nuqqas ta’ attivitajiet li saru matul is-sena u għalhekk, ma jkunx hemm biżżejjed fondi biex ikunu koperti l-ispejjeż li festa ġġib magħha.

Ritratt: Soċjetà Filarmonika La Stella

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com