Liverpool Jżommu T-Tamiet Ħajjin li Staġun Ieħor Jilgħabu Fil-UEFA Champions League

 Liverpool Jżommu T-Tamiet Ħajjin li Staġun Ieħor Jilgħabu Fil-UEFA Champions League

B’wirja mill-aqwa Liverpool għelbu lir-rivali tagħhom Manchester United f’Old Trafford 4 – 2 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li staġun ieħor jilgħabu fil-UEFA Champions League. Minkejja din ir-rebħa, Liverpool xorta jiddependu mir-riżultati ta’ Chelsea u anke possibilment Leicester hekk kif  id-distakk mal-blues huwa dak ta’ erba’ punti filwaqt li ma’ Leicester huwa dak ta’ sitt punti. Ir-reds fadlilhom tlett logħbiet x’jilgħabu sat-tmiem il-Kampjonat.

Kienu Manchester United li marru fil-vantaġġ wara biss għaxar minuti grazzi għal awtogowl ta’ Philips. Liverpool dawru r-riżultat favur tagħhom b’żewġ gowls sat-tmiem l-ewwel taqsima. L-ewwel kien Jota li ġab id-draw fl-34 minuta u fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima Firmino għamilhom 2 – 1.

Mal-bidu tat-tieni taqsima Firmino reġa sab ix-xibka u l-skor sar 3 – 1. Rashford naqqas id-distakk fil-68 minuta iżda fl-aħħar mumenti tal-partita Salah għamel ċert mit-tlett punti għal skor finali ta’ 4 – 2.

F’logħba oħra li kellna ilbieraħ Aston Villa u Everton ħadu punt kull wieħed fid-draw ta’ mingħajr gowls.

Sadinitant illejla ċ-ċampjins il-ġodda tal-Kampjonat Premier Ingliż Manchester City jmorru jilgħabu għand Newcaslte United fil-21.00.

 

Ritratt: The Guardian

 

 

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com