Il-Kampjonat Tal-Futsal Lokali Se Jkompli F’Nofs Ġunju

 Il-Kampjonat Tal-Futsal Lokali Se Jkompli F’Nofs Ġunju

L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Futsal ħabbret li l-kampjonat nazzjonali tal-futsal mistenni li jkompli fil-16 ta’ Ġunju wara li lis-stess kampjonat kellu jitwaqqaf aktar kmieni din is-sena minħabba l-każijiet tal-Covid-19 żdiedu fil-pajjiż u għalhekk l-awtoritajiet ma kienux qed jippermettu li jkomplu l-kompetizzjonijiet.

Il-logħob ser jintlgħab kif ġej:-

L-Erbgħa 16 ta’ Gunju

18.00 Ta’ Xbiex vs University Students Futsal (Kulleġġ De La Salle)

20.15 Luxol St Andrews vs Swieqi United (Skola Nazzjonali tal-Sport)

 

Il-Ġimgħa 18 ta’ Gunju

20.00 Valletta FC vs Naxxar Lions (Skola Nazzjonali tal-Sport)

20.15 Mellieħa FC vs Qormi Futsal (Kulleġġ De La Salle)

 

Is-Sibt 19 ta’ Ġunju

14.00 Luxol St Andrews vs Ta’ Xbiex (Skola Nazzjonali tal-Sport)

16.15 St George’s vs Marsaskala (Skola Nazzjonali tal-Sport)

 

Il-finali tal-Elite Championship tintlagħab fil-25 ta’ Ġunju bir-rebbieħ jipparteċipa fil-poloz tal-UEFA Futsal Champions League li ser jitilaw fil-7 ta’ Lulju. L-amateur play-offs ser jintlagħbu fl-ewwel ġimgħa ta’ Lulju.

 

Ritratt: Joe Borg / MFA

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com