Il-Lista L-Ħadra tar-Renju Unit Diskritta Bħala “Kawta Żżejjed”

 Il-Lista L-Ħadra tar-Renju Unit Diskritta Bħala “Kawta Żżejjed”

L-industrija tat-turiżmu jidher li tinsab diżappuntata bil-lista l-ħadra tar-Renju Unit, hekk kif ftit pajjiżi huma mniżżlin f’din il-lista. Ħafna ddiskrivew din il-lista bħala “kawta żżejjed”. 12 il-pajjiż huma mniżżla f’din il-lista l-ħadra, fosthom Portugall, Ġibiltà u Iżrael. Dan ifisser li individwi li jsifru f’dawn it-12 il-pajjiż ma jkollhomx bżonn jagħmlu żmien ta’ kwarantina kif jirritornaw lura fir-Renju Unit. 

4 pajjiżi biss mill-Ewropa huma f’din il-lista l-ħadra, liema lista ma tinkludix pajjiżna.

Wieħed jinnota li lanqas, il-Greċja, l-Italja, Spanja u Franza m’huma mniżżla f’din il-lista, liema pajjiżi huma fost l-iktar popolari mal-Ingliżi għall-btali tagħhom.

Numru ta’ pajjiżi fl-istess lista, fosthom l-Awstralja u New Zealand m’humiex iħallu turisti jidħlu jekk mhux wara li jagħmlu żmien ta’ kwarantina.

Id-direttur maniġerjali tal-kumpanija tat-turiżmu TUI, Andrew Flintham, stqarr li minkejja li kienu qegħdin jistennew ftit destinazzjonijiet fuq il-lista l-ħadra, dan huwa bidu kawt iżżejjed.

Ritratt: European Best Destinations

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com