Sansone u Gauci Jilħqu Ftehim Ma’ Valletta FC

 Sansone u Gauci Jilħqu Ftehim Ma’ Valletta FC

Valletta FC  mistennija li jiffirmaw lill-midfielder ta’ Sliema Wanderers FC Michele Sansone kif ukoll lid-difensur u captain ta’ San Ġwann FC Christian Gauci.

Huwa mifhum lit-tmexxija tat-tim mill-kapitali waslu f’ftehim biex jiffirmaw lil dawn iż-żewġ żagħżagħ fost l-aktar promettenti fil-futbol Malti.

Sansone, li f’Jannar li għadda kien qrib li jiffirma ma’ Birkirkara FC., għandu 22 sena u fl-aħħar staġuni spikka fit-tim ta’ Sliema b’wirjiet mill-aqwa.

Lis-stess jista jintqal għal Gauci li jifforma parti wkoll mit-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-19 il-sena. Matul l-istaġun li għadda huwa lagħab tnejn u għoxrin darba fic-Challenge League fejn għen lit-tim ta’ San Ġwann FC jispiċċa l-kampjonat fit-tielet post.

 

Ritratt: Sliema W / MFA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com