Il-PM Jżur Lill-Ħaddiema F’Jum Il-Ħaddiem

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Robert Abela beda Jum il-Ħaddiem mal-ħaddiema fil-qasam tal-anzjani.
Fuq il-midja soċjali, huwa rrimarka li dawn il-ħaddiema jaħdmu bil-lejl u bi nhar jieħdu ħsieb lill-għeżież tal-Maltin u l-Għawdxin.
Intant, il-Prim Ministru kompla jżur iżjed ħaddiema.
Fil-fatt, il-Partit Laburista ppublika ritratt juri lill-istess Robert Abela jiltaqa wkoll mal-ħaddiema tat-Tarzna.
Din l-inizjattiva qed isir fi sfond li qed ngħixu fi żminijiet straordinarji.
Filwaqt li fil-passat, l-ewwel jum ta’ Mejju kien iservi ta’ opportunità biex il-ħaddiema jisimgħu l-messaġġi tal-mexxejja f’xi pjazza, b’kuntrast, dis-sena huwa żar lilhom biex iroddilhom ħajr f’isem il-poplu Malti.