IL-PN Bi Protest Wara Li L-PBS Stieden Lill-Mara Tal-Prim Ministru Fuq Serataron

Il-Partit Nazzjonalista permezz tad-Deputat David Thake u l-kandidat Francine Farrugia ressaq protest mal-PBS wara li l-ġimgħa li għaddiet fil-programm Serataron li kien programm speċjali għall-okkażjoni ta’ Jum L-Omm, kienet mistiedna il-mara tal-Prim Ministru Lydia Abela.
Il-Partit Nazzjonalista sostna li jum l-omm hu ċelebrat darba f’sena u sostna li fil-programm kellha tkun mistiedna wkoll il-mara tal-Kap tal-Oppożizzjoni.