Illum Kien Imiss Lill-Prim Ministru Biex Jieħu T-Tilqma Kontra L-Covid-19
Il-Prim Ministru Robert Abela llum ħa t-tilqima kontra l-Covid-19.
“Kull min jista’, għandu jieħu t-tilqima, għaliex biha nistgħu nattakkaw il-virus biex nipproteġu lil xulxin u nkunu nistgħu nkomplu nħarsu ‘l quddiem”, aċċenna l-Prim Ministru fuq il-midja soċjali tiegħu.
Irringrazzja wkoll lill-ħaddiema u volontiera kollha li qegħdin jaħdmu fiċ-ċentri tal-vaċċinazzjoni għas-servizz eċċellenti.
Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu t-tilqima. Flimkien se naslu.