Imħabbar Rilaxx Ieħor Mill-24 Ta’ Mejju – Pjan Anke Minn Ġunju ‘l Quddiem

 Imħabbar Rilaxx Ieħor Mill-24 Ta’ Mejju – Pjan Anke Minn Ġunju ‘l Quddiem

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa qal f’konferenza tal-aħbarijiet li r-rata ta’ pożittività huwa ta’ 1.2 fil-mija bħalissa f’pajjiżna. F’Mater Dei kollu hemm 23 ruħ u fl-ITU ta’ Malta hemm 3 perusni pożittivi bil-Covid-19 u tnejn għadhom qed ifiequ għalkemm issa huma negattivi. Fl-ITU t’Għawdex m’hemm l-ebda persuna bil-Covid-19.

“Ifisser li l-miżuri li bdejna nnaqsu minnhom dejjem kienu kundizzjonali li n-numri ma jgħolewx”, qal il-Ministru Fearne.

Fearne spejga kif se jagħti targets f’isem il-Gvern biex inkunu nistgħu nibdew nirrilaxxaw f’numru ta’ ġimgħat oħra. Dan dejjem jekk in-numri jibqgħu baxxi. “Jekk in-numri jgħolew, nittardjaw fir-rilaxx u jekk jgħolew ħafna anke mmorru lura għal kif konna”, spjega l-Ministru tas-Saħħa.

Se jerġa’ jibda l-ivvjaġġar bejn Malta u Għawdex. Semma kif il-Ministru Michael Farrugia se jħabbar tibdil fil-protokol taż-żjarat anke dwar ħruġ tal-anzjani.

Ħmistax wara, jiġifieri fl-24 ta’ Mejju, jistgħu jkunu rilaxxati dawn il-miżuri, dejjem jekk nibqgħu sejrin tajjeb kif aħna sejrin:

-ir-restoranti u l-isnack bars jibdew jiftħu sa nofs illejl.

-il-pools ikunu jistgħu jiftħu sat-8pm imma restritti li ma jkunx hemm attivitajiet li mhux relatati mal-għawm.

-il-gyms jinfetħu wkoll b’numru ta’ protokolli; il-classes però ma jistgħux isiru

-id-day centres jiftħu wkoll

-jiftaħ u jibda l-‘contact sports’ għall-persuni li għandhom minn 17-il sena ‘il fuq. Dan biex dawk inqas minn din l-età, jkunu protetti ftit iżjed minħabba eżamijiet skolastiċi li jkun imiss.

F’Ġunju, ikun imiss li nilqgħu persuni ġo pajjiżna li jew ikunu ħadu l-vaċċin jew ikollhom ċertifikat li huma negattivi. Ser jiftħu wkoll l-English Language Schools fl-1 ta’ Ġunju.

Fis-7 ta’ Ġunju, jekk kollox jippermetti, ir-restoranti u snack bars ikunu jistħgu jżidu n-numri fuq kull mejda minn 4 għal 6. Iċ-ċinemas u t-teatri jkunu jistgħu jiftħu u anke l-bars u l-każini. Dakinhar ikun jista’ jsir ‘team sport’, jiftħu l-gaming u l-betting outlets u s-summer schools.

Fearne spjega kif dawn huma 5 fażijiet differenti li kollox jiddependi mill-fatt li n-numri jibqgħu baxxi.

Dwar l-ivvjaġġar tal-Maltin, spjega kif sal-aħħar ta’ dan ix-xahar hemm ippjanat li jibdew joħorġu l-vaccine certificate biex ikunu jistgħu jsiefru u jiġu lura Malta mingħajr ma jkollhom isegwu kwarantini u restrizzjonijiet oħra. Semma kif bħalissa qed isiru diskussjonijiet interni biex jaraw jekkx dawn iċ-ċertifikati jkunux jistgħu japplikawhom għal meta jiftħu l-possibbiltajiet fejn iżjed nies ikunu jistgħu jkunu flimkien.

Semma l-avvenimenti tal-massa fejn qal li dawn mhux se jiġru sal-bidu tas-sajf imma “m’aħnhiex mgħaġġlin għaliex spread waħda, titfgħana lura għal fejn konna.”

Tkellem dwar il-festi wkoll fejn hemm il-ħsieb li ma jsirux bil-mod tradizzjonali imma b’mod differenti biex dejjem ikun issalvagwardjat kull individwu.

Fakkar ukoll l-importanza tal-maskri. Eventwalment, il-maskri jistgħu jitneħħew imma bla dubju dan jitlob kawtela. Iżda issa, huma meħtieġa!

Il-maskri fuq il-bajjiet: din mhux se tkun inforzabbli bil-liġi għaliex għalkemm ir-rakkomandazzjoni tibqa’, jekk inti xxarrab il-maskra, bħal qisek qed mingħajrha.

Bdiet tintuża wkoll it-tilqima Johnson & Johnson fejn stennew it-tielet konsenja fejn baħlissa għandna 10,000 doża minna f’pajjiżna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com