Investiment B’Fondi Ewropej Fis-Settur Marittimu U S-Sajjieda.

 Investiment B’Fondi Ewropej Fis-Settur Marittimu U S-Sajjieda.

Inawgurazzjoni tal-‘fish landing’ f’Marsaxlokk

Il-Maltin u l-Għawdxin għandhom ħafna għal qalbhom l-ibħra li l-gżejjer tagħna huma mdawrin bihom. B’Fondi Ewropej qed inkomplu ninvestu fis-settur tar-riċerka biex nieħdu ħsieb l-ambjent marittimu, flimkien ma’ għajnuna aktar diretta lis-sajjieda.

Wieħed mill-proġetti li qed ikun ta’ għajnuna għas-sajjieda tagħna huwa l-Breakwater li sar ġewwa Marsaxlokk. Dan il-breakwater qiegħed jipproteġi d-dgħajjes mill-mewġ fil-maltemp u b’hekk qed jillimita l-ħsara li s-soltu jġarrbu u konsegwentament dan ifisser inqas spejjeż tas-sajjieda.

Il-breakwater huwa biss parti minn sensiela ta’ xogħlijiet li qed isiru fil-port ta’ Marsaxlokk, wara li ftit taż-żmien ilu kien ġie inawgurat ukoll il-fish landing site. Il-fatt li s-sajjieda issa għandhom faċiltajiet aħjar qed jgħin biex ikun hemm aktar effiċċjenza u flessibiltà fl-operat tas-sajjieda li jużaw dawn l-inħawi għas-sajd tagħhom.

Minbarra proġetti infrastrutturali għaddejjin ukoll proġetti oħrajn li qed jindirizzaw l-problema tat-telf tal-bijodiversita tal-baħar u t-tibdil fil-klima. B’Fondi Ewropej qed jiġi ffinanzjat apparat bħal underwater CCTV cameras ġewwa l-akkwarju nazzjonali ta’ Malta flimkien ma’ teknoloġiji, għodod u ħiliet ta’ esperti. Dan qed isir sabiex jiżdied l-investiment fir-riċerka għat-tkabbir tal-qasam marittimu. Il-programm Interreg Italia-Malta ffinanzjat b’Fondi Ewropej, huwa bbażat fuq kooperazzjoni bejn entitajiet Maltin u dawk Taljani biex flimkien jaħdmu fuq proġetti ħalli nipproteġu l- ambjent u nippromwovu l-wirt kulturali Ewropew.

Grazzi għal fondi Ewropej qed ngħinu lis-sajjieda f’xogħolhom filwaqt li qed ninvestu fil-prodott lokali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com