Ir-Reġina Se Ssir Bużnanna Għat-12-il Darba – Imma Għaliex Ħabbruha Llum?

Ġie mħabbar li l-Prinċipessa Beatrice u żewġha Edoardo Mapelli Mozzi qegħdin jistennew l-ewwel tarbija tagħhom! Huwa mistenni li l-koppja li żżewġu f’Lulju li għaddha, jkollhom l-ewwel wlied tagħhom fil-ħarifa.
Din l-aħbar jidher li ġabet ferħ fil-familja rjali, wara t-telfa tal-Prinċep Philip, Duka ta’ Edinburgh.
Din it-tarbija ser tkun qiegħda tagħmel lir-Reġina bużnanna għat-tnax-il darba. Dan wara li t-tieni wild tal-Prinċep Harry u martu Meghan huwa mistenni li jitwieled fis-Sajf li ġej.
Wieħed jinnota kif din l-aħbar ġiet imħabbra mill-midja ta’ Buckingham Palace f’għeluq it-3 snin miż-żwieġ tal-Prinċep Harry u martu Meghan. Taħsbu li dan huwa biss koinċidenza?
Ħafna qegħdin isosstnu li dan sar sabiex itellef l-aħbar li Prinċep Harry u Meghan propju llum jgħalqu 3 snin miżżewġin!
Ritratt: Page Six/ Getty Images