Ir-Ritorn Ta’ ‘Sex And The City’

 Ir-Ritorn Ta’ ‘Sex And The City’

Wara żmien ta’ stennija ġie mħabbar minn HBO Max li ‘Sex And The City’ se jirritorna. B’titlu ġdid ‘And Just Like That…’, liema titlu huwa meħud minn frażi popolari tal-karattur ta’ Carrie, ħafna huma dawk li jinsabu ħerqana għal dan is-serje.

Ħafna ukoll qegħdin isaqsu liema karattri se nkunu qegħdin naraw. Kien konfermat li Sarah Jessica Parker, Kristin Davis u Cynthia Nixon ħa nibqgħu narawhom jinterpretaw il-karattri ta’ Carrie Bradshaw, Charlotte York Goldenblatt u Miranda Hobbes rispettivament. Jidher li l-karattru ta’ Samantha Jones mhux ħa jkun parti mill-istorja l-ġdida.

L-istorja mistennija tieħu lit-telespettaturi fuq vjaġġ sabiex isegwu ħajjet Carrie, Miranda u Charlotte u l-ħbiberija tagħhom, hekk kif dawn jaqbżu l-età ta’ 50 sena. Donnhom l-affarijiet iktar se jikkumplikaw ruħħhom!

Għal dawk li qegħdin jistaqsu jekk il-karattru popolari ta’ ‘Mr. Big’ huwiex se jirritorna, ġie kkonfermat li ma jistax ikun hemm dan il-kapitlu ġdid mingħajru! Chris Noth se jerġa’ jkun qiegħed jinterpreta dan il-karattru.

Ritratt: Tvline/ New Line Cinema/courtesy Everett Collection
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com