“Irridu Naraw Li Pajjiżna Jingħata L-Wiċċ Sabiħ Li Verament Jixraqlu” – Bernard Grech

 “Irridu Naraw Li Pajjiżna Jingħata L-Wiċċ Sabiħ Li Verament Jixraqlu” – Bernard Grech

Il-Kap tal-Opożizzjoni Bernard Grech dalgħodu kien intervistat mill-istilista Luke Azzopardi fejn saħaq li l-artist irid ikollu aktar spazju biex pajjiżna jsir ċentru ta’ eċċellenza.

Saħaq li rridu nħaru lejn formazzjoni tal-individwu b’mod sħiħ mhux biss lejn edukazzjoni tradizzjonali.

Aċċenna wkoll dwar kif koppji li jkollhom bżonn il-proċess tal-IVF qed ikollhom iħallsu eluf ta’ flus fejn qal li l-Gvern immexxi minnu, se joffri dan il-proċess kollu b’xejn.

Għamel ukoll referenza lejn id-diffikultajiet li qed iħabbtu wiċċhom organizzazzjonijiet volontarji fejn saħaq li dawn ma jistax ikollhom regolamentazzjoni li jkissru lill-organizzazzjonijiet stess.

Semma wkoll l-iskali aktar adegwati fil-pagi tal-ħaddiema biex kulħadd jimxi ‘l quddiem.

Grech tkellem ukoll dwar l-isfidi tal-housing u qal li sa issa, Gvern Laburista għadu ma inawgurax appartament ġdid ta’ housing soċjali.

Enfasizza wkoll il-bżonn li tittieħed iżjed bis-serjetà s-saħħa mentali fejn anke l-persuni li jkollhom bżonn l-għajnuna, ikollhom id-dinjità li jixiriqilhom.

Dr. Bernard Grech tkellem ukoll dwar l-imigrazzjoni fejn qal li kull persuna għandha d-drittijiet u d-dinjità tagħha li jrid jitħarsu, anke b’obbligi internazzjonali. Qal li s-sigurtà tal-poplu tagħna dejjem tibqa’ prijorità.

Bernard Grech qal ukoll li għalkemm il-kwistjoni tal-korruzzjoni kissret isem pajjiżna u dejqet ħafna nies, il-Partit Nazzjonalista jrid jara wkoll l-interessi individwali tal-Maltin u l-Għawdxin kollha. Għax inutli titkellem dwar il-korruzzjoni biss, meta għandek min qed jiffaċċja sfidi iebsin ta’ kuljum.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal, pereżempju, li Gvern ġdid immexxi minnu se jkun qed jara wkoll li jtejjeb l-ambjent personali ta’ kulħadd. Għax inutli tirraġna l-ħitan tas-sejjieħ meta għandek min qed jgħix f’postijiet ta’ livell inferjuri għad-dinjità tal-bniedem. Madankollu, irridu naraw ukoll li pajjiżna jingħata l-wiċċ sabiħ li verament jixraqlu.

Ritratt: Net News

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com