ISSA UFFIĊJALI – Il-Finali Tal-UEFA Champions League Tiċċaqlaq minn Istanbul Għal Porto

 ISSA UFFIĊJALI – Il-Finali Tal-UEFA Champions League Tiċċaqlaq minn Istanbul Għal Porto

Konfermata l-aħbar li l-finali tal-UEFA Champions League nhar is-Sibt 29 ta’ Mejju se tintlgħab f’Estádio do Dragão f’Porto.

Oriġinarjament din il-finali kienet skedata li tintlgħab fl-Atatürk Olympic Stadium ta’ Istanbul, iżda wara d-deċiżjoni tal-gvern Ingliż li tpoġġi lit-Turkija fil-lista l-ħamra, l-ebda partitarju miż-żewġ naħat ma’ seta’ jattendi għal dan il-konfront.

Wara sena sagrifiċċju għall-partitarji jsegwu lit-timijiet tagħhom fuq it-televiżjoni u ma’ jistgħawx jattendu fl-istadiums, il-UEFA baqgħet determinata li għal din il-finali, bħal kull sena mistennija, tippermetti d-dħul tal-partitarji fl-istands, dejjem f’osservanza stretta mal-miżuri tal-COVID19.

Il-UEFA anke ddiskutiet il-possibilta li ċċaqlaq il-partita għar-Renju Unit għall-fatt li din il-finali se tiġi kkontestata bejn żewġ timijiet Ingliżi, finalment dan ma’ kienx possibli.

Dan wassal biex l-awtoritajiet Portugiżi ntervjenew u b’ħidma ma’ taqta xejn mal-UEFA, anke l-fatt li  l-Portugal tqiegħdet fil-lista l-ħadra mill-gvern Ingliż jiġifieri permessibli li tivjaġġa, d-deċiżjoni ttieħdet li din il-finali tiċċaqlaq minn Istanbul għal Porto, li jfisser ukoll li l-partitarji li se jmorru għal din il-finali ma’ jkollhomx għalfejn joqgħdu kwarantina mar-ritorn tagħhom lura d-dar fir-Renju Unit.

F’komunikat il-Ħamis, il-UEFA rringrazzjat lill-awtoritajiet tal-Futbol fit-Turkija għall-isforzi u l-organizazzjoni perfetta tagħhom fl-aħħar xhur fl-osservanza tar-rekwiżiti biex jospitaw din il-finali, esprimew gratitudni li l-awtoritajiet Torok mill-ewwel fehmu u aċċettaw iċ-ċirkostanzi li għalihom iċċaqlaq il-venue għal din il-finali.

Iż-żewġ finalisti Manchester City u Chelsea ġew allokati sitt t’elef biljett kull naħa, jiġifieri għal din il-finali apparti l-istennija tal-konfront, stennija ukoll għall-għajjat, entużjażmu u korjografija tal-partitarji, bil-fuq minn 15,000 spettatur mistennija ġewwa l-istadium, jekk mal-partitarji tinkludi ukoll persuni oħra fosthom ġurnalisti u l-mistiedna tal-UEFA, li normalment ikunu ħafna għal finali ta’ prestiġju bħal din.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com