It-Tifel Li Serqilna Qalbna, Se Jiftaħ Il-Maratona Mal-Eċċellenza Marie-Louise Coleiro Preca

 It-Tifel Li Serqilna Qalbna, Se Jiftaħ Il-Maratona Mal-Eċċellenza Marie-Louise Coleiro Preca

Jake huwa t-tifel li fl-aħħar 24 siegħa seraq il-qlub ta’ ħafna nies. Huwa jitkellem dwar il-kundizzjoni tiegħu, dwar dak li jitlob għalih, dwar x’jixtieq isir la jikber. Imsomma, jekk għadek ma rajtux, biex tifhem kemm verament hu intelliġenti u gustus dan it-tifel, trid tara’ dan il-filmat:

Minħabba l-kundizzjoni li għandu f’għajnejh, Jake għandu nuqqas serju ta’ vista, iżda permezz tal-apparat li ngħata mill-Malta Trust Foundation huwa jgħid li ħajtu nbidlet ħafna. Premezz ta’ dan l-apparat, Jake illum jista’ jaqra aħjar, isegwi aktar fil-klassi u b’hekk javvanza fl-edukazzjoni tiegħu.

Nhar is-Sibt li ġej, bejn nofsinhar u nofillejl se tkun qed issir maratona ġbir ta’ fondi bejn nofsinhar u nofsillejl fuq l-istazzjonijiet lokali kollha, sabiex jinxtara aktar apparat personalizzat għal aktar tfal bħal Jake. Dakinhar, Jake se jkun mal-Eċċellenza Tagħha Marie Louise Coleiro Preca sabiex jiftaħ din il-maratona.

Il-ġenerożità ta’ kull wieħed u waħda minnha tista’ verament tbiddel ħajjet it-tfal li bħalissa qed jistennew dan l-appart teknoloġiku personalizzat sabiex, bħal Jake, ikunu jistgħu jkomplu javvanzaw fl-edukazzjoni tagħhom u jkomplu jiżviluppaw it-talenti tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com