James (Bondin) Debono Jiċċelebra Għeluq Sninu
Minn Jannar 2020 ‘il quddiem, ħajjet James Debono nbidlet ta’ taħt fuq. Kien skopra li għandu l-ALS. Kienet aħbar li ħasdet lil kulħadd u li wriet ukoll kemm din il-personalità hija maħbuba f’pajjiżna.
Iżda James ma qatax qalbu tant li llum qed jagħmel kuraġġ lil ħaddieħor. Illum qed jiċċelebra għeluq sninu. Bjorn Formosa awguralu u qallu li għandu rigal żgħir għalih.
“Grazzi ta’ kemm tgħini u tagħtini sapport Joe! Illum f’għeluq sninek għandi rigal żgħir għalik… Tkunu tafu dalwaqt x’ħin jitla’ l-filmat!”
Inti tista’ tibgħat l-awgurju tiegħek lil Joe b’SMS fuq 50618936 għal donazzjoni ta’ € 6.99 jew BOV Mobile Pay 79096249 fejn se ssirlu kartolina bil-messaġġi kollha!