Keith Schembri Jiddaħħal L-isptar

 Keith Schembri Jiddaħħal L-isptar

L-ex Chief of Staff fl-uffiċċju tal-Prim Ministru Keith Schembri ddaħħal l-isptar u qed jingħata kura għal raġunijiet serji ta’ saħħa.

Dan ħabbru l-Avukat ta’ Schembri Edward Gatt lill-ġurnalisti quddiem il-qorti ftit qabel ma kienet ser tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Schembri dwar każ ta’ ħasil ta’ flus u korruzzjoni b’rabta ma’ xiri ta’ magni għall-gazzetta The Times lura fl-2008.

L-Avukat Gatt qal li Schembri qiegħed jingħata kura l-Isptar Mater Dei u appella lil kulħadd biex jittrattaw lil Schembri u lil qraba tiegħu b’dinjità.

Schembri, is-sieħeb fin-negozju tiegħu Malcolm Scerri u l-accountant Robert Zammit, huma kollha akkużati b’reati finanzjarji inkluż ħasil ta’ flus. Missier Schembri, Alfio, huwa mixli wkoll b’diversi akkużi.

Schembri kien fost 11-il persuna arrestati u akkużati fl-20 ta ’Marzu b’rabta mal-iskandlu tal-istamperija u t-tieni inkjesta maġisterjali dwar allegati kickbacks tal-passaporti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com