Lady Gaga B’Emozzjoni Titkellem Fuq L-Istupru Li Għaddiet Minnu
Waqt l-ewwel episodju tas-serje The Me You Can’t See; serje fuq is-saħħa mentali li Oprah u l-Prinċep Harry qegħdin jagħmlu fuq Apple TV+, Lady Gaga taqsam l-esperjenza li kellha waqt iż-żgħożija tagħha.
Lady Gaga b’emozzjoni tistqarr kif ta’ 19-il sena ħarġet tqila wara li kienet stuprata. Illum Gaga li għandna 35 sena taqsam mat-telespettaturi dak li għaddiet minnu.
Tkellmet kif ta’ 19-il sena, producer, li ismu ma ssemmix, ried li tinża’ ħwejjiġha. Hi rrifjutat u telqet. Qalulha li kienu ħa jaħarqu l-mużika kollha tagħha. Spjegat kif ma waqfux jgħidulha sabiex tinża’. B’għajnejha mid-dmugħ tispjega kif friżat u ma tiftakarx iżjed.
Gaga spjegat kif l-industrija hija abbużiva u perikoluża. Stqarret li kellha ukoll tmur l-isptar minħabba uġiegħ u tnemnim li kienet qiegħda tħoss. Tkellmet kif minflok tabib mediku mar jaraha psikjatra.
Spegat kif l-uġiegħ li ġarbet biddilha bħala persuna. Dan wasal għal dak li sejħet “psychotic break”, li baqa’ sejjer anke meta rċiviet il-premju tal-Oscar għal A Star Is Born fl-2019.
Ma ħassitx li baqgħet l-istess persuna. Tkellmet kif ħadet diversi MRIs u scans oħra minħabba l-uġiegħ iżda qatt ma rriżulta xejn. Iżda tenniet li l-ġisem jiftakar dak li ġarrab waqt l-istupru.
Gaga qasmet ukoll dak li għaddiet minnu iktar riċenti. Qalet li mhux tajjeb li tagħmel feriti fuqek innifsek jew affarijiet oħra sabiex tweġġa’ lilek innifsek, għaliex tħossok għar. Tenniet li għalkemm wieħed jaħseb li ħa jħossu aħjar għaliex juri lil xi ħadd l-uġiegħ li jkun ikkawża hu stess sabiex jurih li hu verament muġugħ, dan ma jgħinx.
Fl-aħħar Gaga kkonkludiet li wara dawn is-snin tgħallmet toħroġ miċ-ċirkostanzi preżenti u kollox beda bil-mod jitbiddel.
Ritratt: The Sun