“Valletta Kemm Jiddispjaċini Narak Kwieta” – Jason Micallef

 “Valletta Kemm Jiddispjaċini Narak Kwieta” – Jason Micallef

Jason Micallef, jesprimi d-dispjaċir tiegħu fuq il-midja soċjali hekk kif ġie nfurmat b’mod uffiċjali li sa’ Settembru li ġej mhuwiex permess li jsiru attivitajiet kulturali fi spazji miftuħin, toroq, pjazzez u postijiet oħra, anke jekk id-dħul ikun ikkontrollat jew l-udjenza turi ċ-ċertifikat tat-tilqim. 

Huwa sostna li assolutament ma’ jistax jifhem għaliex dan qiegħed isir.

Tkellem kif tul dawn l-aħħar 14-il xahar għamilna sagrifiċċji kbar. Aċċenna ukoll għal fatt li l-każijiet attivi niżlu għal 100 u f’Malta hawn rata għolja ta’ tilqim. 

Spjega kif bħala l-persuna responsabbli mill-attivitajiet kulturali għall-Belt Valletta, flimkien ma’ tim sħiħ ta’ nies, ħejjew program t’attivitajiet kulturali għall-Belt Valletta, għal dan is-Sajf, skont il-miżuri preżenti. 

Fiċ-ċirkostanzi tenna li m’għandux triq oħra għajr li b’dispjaċir u dieqa kbira, fuq ordni tas-Supretendent tas-Saħħa Pubblika, iħabbar li l-attivitajiet kulturali kollha li kienu pjantat fil-Belt Valletta tul is-Sajf li ġej, qegħdin jiġu mħassra għat-tieni sena konsekuttiva.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com