Mara Fil-Periklu Tal-Mewt
Mara ta’ 54 sena residenti Ħal Tarxien tinsab fil-periklu tal-mewt, wara inċident tat-traffiku li sar llum għal ħabta tat-8 ta’ filgħodu, fi Triq San Tumas il-Fgura.
Jidher li l-mara ntlaqtet minn vettura tat-tip Toyota Vitz, liema vettura kienet qiegħda tinstaq minn mara ta’ 31 sena residenti l-Fgura.
Il-mara ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku fuq il-post, u wara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.