Mara Tintlaqat Minn Karozza F’San Ġiljan U Tittieħed L-Isptar
Għall-ħabta tat-8:15 ta’ dalgħodu Bulgara ta’ 42 sena ntlaqtet minn karozza li kienet qed tinstaq minn Norveġiża ta’ 43 sena.
L-inċident seħħ fi Triq Birkirkara, San Ġiljan.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-membri tal-Pulizija u ta’ tim mediku, li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei għal aktar kura.
Il-kundizzjoni tal-mara għadha mhux magħrufa.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.