Marlene Farrugia Tippreżenta Abbozz Biex L-Abort Ikun Dikriminalizzat F’Malta
Il-Membru Parlamentari Marlene Farrugia ppreżentat abbozz fil-parlament li ssejjaħ għad-dikriminalizzazzjoni tal-abort f’Malta. Dan ġie rrapurtat mis-sit Lovin Malta.
Tenniet li dan l-abbozz irid jassigura li ħadd ma jkun ikkriminalizzat għall-għażliet relatati ma’ saħħa, inkluż membri tal-professjoni medika.
Biex jgħaddi dan l-abbozz, irid is-sapport tal-Gvern u l-Opożizzjoni, jekk kemm-il darba jinbidel f’liġi.
Dikriminalizzazzjoni ma jfissirx legalizzazzjoni. Bħalissa, f’Malta, l-abort huwa att kriminali.
Intom x’taħsbu dwar dan?
Ritratt: The Good Country index