Mart Il-Prim Ministru Lydia Abela Tieħu L-Ewwel Doża Tal-Vaċċin

Illum, mart il-Prim Ministru Dr Lydia Abela ħadet l-ewwel doża tal-vaċċin kontra l-Covid-19.
“Kburija li dan il-pajjiż kiseb dożi għal kulħadd u qed ilaqqam bl-aqwa rata fl-Ewropa. Konvinta li dan il-proċess se jwassal għal żmien isbaħ u aħjar”, tenniet Dr. Abela.
Hija ħeġġet lil kull min għandu ‘l fuq minn 30 sena biex jirreġistra fuq http://vaccin.gov.mt u fi ftit jiem ikun tlaqqam u beda jipproteġi lilu nnifsu u lil ta’ madwaru.