Raġel Jaqa’ Minn Għoli Waqt Li Kien Ġo uffiċċju

 Raġel Jaqa’ Minn Għoli Waqt Li Kien Ġo uffiċċju

Raġel ta’ 33 sena residenti l-Mellieħa, waqa’ minn fuq scaffolding waqt li kien qed jagħmel xi xogħol f’uffiċċju. Il-każ ġara għall-ħabta tas-siegħa fi Triq il-Mitħna l-Ġdida, il-Mellieħa.

Fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett filwaqt li tim mediku tah l-ewwel għajnuna sakemm ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.

Huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com