Messaġġ Favur L-Ambjent Mill-Istudenti!

Studenti tat-tmien sena fil-kulleġġ St. Thomas More, Michela Zerafa u Amy Nicole Ferriggi, jgħaddu messaġġ favur l-ambjent.
Il-messaġġ ta’ dawn l-istudenti, bl-isem ta’ ‘It-Talba’ dawn l-istudenti jitolbu li jiġu mħawwla iktar siġar sabiex ikomplu jferrħu lit-tfal billi jgawdu spazji ħodor miftuħa, kif ukoll arja iktar nadifa.
Dawn l-istudenti qiegħdin jieħdu sehem f’programm edukattiv internazzjonali mmexxi minn Nature Trust Malta, bl-isem ta’ Young Reporters for the Environment, bl-għan li jwasslu messaġġi ambjentali permezz t’artikli, vidjografija u fotografija.