Michael Valencia L-President Il-Ġdid Ta’ Birkirkara FC

 Michael Valencia L-President Il-Ġdid Ta’ Birkirkara FC

Michael Valencia huwa l-President il-Ġdid ta’ Birkirkara F.C.. Dan ħabbruħ l-stess klabb ftit tal-ħin ilu permezz ta’ stqarrija fuq l-paġna tagħhom fuq facebook. Valencia, li kien jokkuppa l-kariga ta’ Viċi President, ser jkun qed jieħu post Frank Zarb li mexxa lill-Birkirkara għal dawn l-aħħar snin.

Nicholas Grima ser jkun qed jassumi l-rwol ta’ Viċi President u Teżorier filwaqt li Colin Bason ser jkun is-Segretarju tal-klabb.

Henry Bray ser ikun l-assistent teżorier filwaqt Chris Micallef ser ikun l-assistent Segretarju. John Borg u Frank Cortis ser ikunu żewġ membri oħra fil-kumitat.

Borg ser jkun qed jirrapreżenta lill-klabb fil-Premier League Standing Committee kif ukoll rappreżentat tal-akkademja f’ħdan il-kumitat. Cortis ser jkun qed jieħu ħsieb il-marketing tal-klabb kif ukoll l-attivitajiet.

James Mizzi huwa l-amministratur tal-klabb.

 

Ritratt: Birkirkara FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com