Mistiednin Jingħataw ’L Fuq Minn Nofs Miljun Dollaru F’Rigali!

Ġie rappurtat kif jumejn ilu sar avveniment sabiex jiġi ċċelebrat għeluq snin Scott Disick. Matul dan l-avveniment il-mistiednin kellhom l-opportunità li jgħażlu rigal għalihom stess. L-għażla kienet bejn arloġġi Rolex u ġojellerija mid-djamanti.
Jidher li ngħataw ’l fuq minn nofs miljun dollaru f’rigali lil kull min attenda għal dan l-avveniment.
Wieħed jinnota ukoll li għal dan l-avveniment kien hemm preżenti l-ex mara ta’ Disick, Kourtney Kardashian u l-familjari tagħha.
Bla dubju l-mistiednin ħadu magħhom id-dar rigal li ser jibqa’ jfakkarhom meta Disick għalaq 38 sena!
X’taħsbu li kieku tkunu mistiedna għal dan it-tip t’avveniment u tmorru lura d-dar b’rigal bħal dak?
Ritratt: Page Six