Proġett Kummerċjali Propost Minflok Il-Pixxina Tal-Istadium Nazzjonali

 Proġett Kummerċjali Propost Minflok Il-Pixxina Tal-Istadium Nazzjonali

Il-Malta Football Association ħabret li se tagħlaq il-pixxina tal-għawm propjeta tagħha biex minflokha tiġi żviluppata struttura, finanzjarjament aktar vijabbli.

Jidher li d-deċiżjoni ttieħdet wara li l-pandemija tefgħet il-baħar l-operat ta’ din il-pixxina.

Il-Kumitat Eżekuttiv tal-Malta Football Association fl-aħħar laqgħa aktar kmieni din il-ġimgħa approva l-proposta li din il-pixxina tingħalaq, il-quddiem possibiltajiet kbar li l-art parti mill-Millenium Stand fl-Istadium Nazzjonali tkun żviluppata b’kunċett kummerċjali konformi ukoll mal-proġett kbir tal-Park Nazzjonali li bħalissa jinsab għaddej ftit metri ‘l bogħod mill-istess faċilitajiet tal-Malta Football Association f’Ta’ Qali.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com