Rachel Cuschieri u Emma Limpan Jiċċelebraw Il-Promozzjoni Għas-Serie A

 Rachel Cuschieri u Emma Limpan Jiċċelebraw Il-Promozzjoni Għas-Serie A
It-tim femminili ta’ Lazio li magħhom jilgħabu l-plejers Maltin Emma Lipman u Rachel Cuschieri, rebħu l-promozzjoni għas-Serie A meta ilieraħ għelbu lill-ġirien Roma 2 – 1.
Lazio, immexxija minn Carolina Morace, kellhom bżonn biss tlett punti biex jerbħu l-promozzjoni liema tlett punti waslu ilbieraħ.
Cuschieri bdiet il-partita u kienet viċin li tniżżel isimha fuq il-lista tal-skorers wara li laqtet il-lasta. Min naħa l-oħra Limpan kienet sospiża.
B’din ir-rebħa Lazio jinsabu fit-tieni post tal-klassifika b’total ta’ 47 punt, żewġ punti taħt il-leaders Pomigliano Calcio.
Ritratt: Lazio FC
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com