Matthew Towns Jingħaqad Ma’ Sliema Wanderers

 Matthew Towns Jingħaqad Ma’ Sliema Wanderers

Sliema Wanderers FC ħabbru li Matthew Towns se jkun il-kowċ il-ġdid tal-goalkeepers.

Towns, b’esperjenza fil-Kampjonat Premier kemm bħala goalkeeper u anke bħala kowċ, se jkun qed jieħu post Mark Vella li matul il-ġimgħa li għaddiet ingħaqad ma’ Gzira United FC. Matul l-istaġun li għadda huwa kien il-kowċ tal-goalkeepers ta’ Tarxien Rainbows FC.

Apparti kowċ f’ħdan it-tim tal-kbar, Towns se jkun qiegħed ukoll jgħin fit-tim tal-minors kif ukoll jikkowċja l-goalkeepers f’etaijiet oħra.

Ritratt: Sliema Wanderers FC

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com