Sewwieq Ta’ Mutur Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Inċident F’Ħaż-Żebbuġ
![Sewwieq Ta’ Mutur Fil-Periklu Tal-Mewt Wara Inċident F’Ħaż-Żebbuġ](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/05/WhatsApp-Image-2021-05-02-at-11.06.35-850x560.jpeg)
Sewwieq ta’ mutur ta’ 52 sena minn Bormla jindab fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ.
Fuq il-post issejħu l-pulizija tad-distreet li fl-ewwel investigazzjoni, intqal li r-raġel kien qed isuq mutur KTM u skidja.
Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li safa midrub serjament.
Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Josette Demicoli li ħatret Inkjesta filwaqt li għaddejjin l-investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett ta’ Ħaż-Żebbuġ.