Tfajla Ta’ 22 Sena Dalwaqt Issir Beata

 Tfajla Ta’ 22 Sena Dalwaqt Issir Beata

Sandra Sabattini, tfajla Taljana ta’ 22 sena xtaqet li f’ħajjitha sservi lil fqar fil-missjoni, fil-qasam mediku. Sa minn età żgħira ta’ 10 snin Sandra kitbet fid-djarju tagħha li jeħtieġ li tgħix ħajja viċin t’Alla biex verament ħajtek tkun mimlija. Matul Sajf partikolari hija wettqet xogħol volontarju ma’ tfal u żgħażagħ b’diżabilità u stqarret li ma kienet se titlaq qatt lil dawn il-persuni tant għal qalbha.

Bħala tfajla kienet ħafna drabi tuża’ l-flus li kienu jtuha l-ġenituri sabiex ittihom lill-foqra, bla ma tħalli kważi xejn għaliha. Hija maret l-Università ta’ Bolonja sabiex tistudja l-mediċina. Sabattini kienet għarusa lil Guido Rossi u bejnithom kienu jaqsmu l-istess ideat.

Għal Sabattini kien importanti li titlob kuljum, b’ħafna drabi tqum kmieni filgħodu sabiex tmur titlob fil-skiet ta’ knisja fil-qrib. Tkellmet kif il-karità hija il-punt fejn il-ġenna tingħaqad mad-dinja, u l-bniedem jingħaqad ma’ Alla. 

F’April tal-1984, it-tfajla kienet fi triqtha sabiex tattendi laqgħa tal-komunità ta’ Papa Ġwanni XXIII, iżda kif ħarġet mill-karozza kienet imtajra minn karozza oħra. Wara dan l-inċident traġiku, Sabattini tilfet ħajjitha fl-età ta’ 22 sena. F’Ottubru tal-2019, Papa Franġisku approva miraklu bl-interċessjoni ta’ Sabattini. 

Sabattini kienet mistennija li tkun iddikjata bħala beata fl-14 ta’ Ġunju li għadda, iżda minħaba il-pandemija dan kellu jkun pospost. Jidher li issa l-beatifikazzjoni mistennija li ssir fl-24 t’Ottubru 2021.

Ritratt: riminiduepuntozero

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com