Tifel Ta’ 14-Il Sena Jmut B’Kundizzjoni Rari; Puttinu Jsellimlu

Tfajjel ta’ 14-il sena li kien ibati minn kundizzjoni rari tilef ħajtu dalgħodu. Javier Micallef kien ibati mill-kundizzjoni magħrufa bħala Rhombencephalosynapsis fejn partijiet mill-moħħ ikunu neqsin minħabba ilma li jkun daħal fil-moħħ waqt it-tqala.
Din il-kundizzjoni tant hija rari li fid-dinja kollha huwa stmat li hawn biss 50 każ.
Kien it-tim ta’ Puttinu Cares li ħabbar il-mewt ta’ Javier fuq is-sit tagħha tal-Facebook.
Puttinu sellem lill-ġenituri tiegħu Dorelle u Dennis talli taw ħajjithom għal binhom.
Puttinu Cares iddeskrivitihom bħala “ġenituri ta’ eżempju kbir għalina fejn urewna li fit-tbatija hemm imħabba kbira, gratitudni u rispett fenomenali”.
Il-kundizzjoni taffettwa l-iżvilupp tal-persuna bit-tfajjel kien ikollu jingħata injezzjoni kuljum biex ikun jista’ jikber.