Tifla U Raġel Isofru Ġrieħi Wara Ħabta Fil-Marsa
Inċident li seħħ tard il-Ġimgħa filgħaxija fil-Marsa ħalla tifla ta’ 9 snin bi ġrieħi ħfief, filwaqt li raġel ta’ 33 sena weġġa’ gravi.
Ġara li fi Triq il-Karmnu, seħħet ħabta bejn Toyota Auris misjuqa minn raġel ta’ 32 sena minn Ħal Qormi u Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 32 sena.
Fil-Honda kien hemm iż-żewġ vittmi, u malli seħħ l-impatt bejn iż-żewġ karozzi, l-istess Honda spiċċat fuq il-bankina.
Tim mediku li ssejjaħ fuq il-post ta l-ewwel għajnuna, bit-tifla u r-raġel ta’ 33 sena jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal iktar kura.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
Ritratt: TVM