Tinġibed L-Attenzjoni Fuq Filmat Li Ttella’ Minn Student

Fi stqarrija mill-Ministeru tal-Edukazzjoni, intqal li wara li l-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana nġibditilha l-attenzjoni dwar video li ttella’ minn student fuq il-mezzi soċjali, immedjatamet talbet lis-Segretarju Permanenti fi ħdan il-Ministeru għall-Edukazzjoni biex issir investigazzjoni dwar il-każ u wara jittieħdu l-passi dixxiplinarji li l-każ jeħtieġ.
Il-Ministru għall-Edukazzjoni Justyne Caruana qalet li ma tittollera ebda abbuż, tkun xi tkun il-materja tiegħu, lejn l-edukaturi li b’tant dedikazzjoni u impenn qed jieħdu ħsieb l-edukazzjoni ta’ wliedna.