Żvelat It-trofew Tal-Kompetizzjoni L-Ġdida Tal-UEFA, L-Europa Conference League
Il-UEFA Europa Confernece League se tibda tintlgħab nhar ta’ Ħamis mal-UEFA Europa League, għandha l-għan li tagħti aktar timijiet l-opportunita li jieħdu sehem u javvanzaw f’kompetizzjonijiet Ewropej, dan apparti l-injezzjoni finanzjarja li t-timijiet parteċipanti jibbenefikaw minnha b’din it-tielet kompetizzjoni Ewropeja.
It-Tnejn, il-President tal-UEFA Aleksander Čeferin nieda t-trofew marbut ma’ din il-kompetizzjoni l-ġdida.
Trofew twil kważi 58 ċentimetru, tiżen ħdax-il kilogramma.
L-għan ta’ din il-kompetizzjoni ġdida huwa li tagħti l-opportunita lil aktar players jesperjenzaw u jilgħabu fil-Futbol Ewropew, dan bil-għan li jkomplu jtejbu u jiżviluppaw il-karrieri tagħhom.
Fil-preżentazzjoni tat-trofew il-ġdid il-President tal-UEFA Aleksander Čeferin qal li huwa l-ħsieb tal-UEFA li tagħmel il-kompetizzjonijiet tagħha aktar inklussivi, l-opportunita lil aktar klabbs u partitarji li jikkompetu u jkollhom ċans ta’ suċċess fuq livell internazzjonali.
“Kien dan l-iskop kollhu għat-twelid tal-UEFA Europa Conference League, b’kollox għandha 55 federazzjoni li huma parti mill-UEFA u din hija opportunita akbar ta’ suċċess Ewropew għal aktar klabbs apparti possibilta li jtawlu aktar l-esperjenza Ewropeja tagħhom, tenna l-President tal-UEFA Čeferin.
Il-UEFA Europa Conference League se tuża qabel il-partiti l-istess innu tal-UEFA Europa League.