360 Parkeġġ Ġdid Madwar Ir-residenza Ta’ San Vinċenz de Paule

 360 Parkeġġ Ġdid Madwar Ir-residenza Ta’ San Vinċenz de Paule

San Vinċenz de Paule qed ikompli jieħu dehra isbaħ b’aktar kumdità kemm għar-residenti u anke l-qrabat tagħhom. Bi proġett ta’ miljun u sitt mitt elf ewro, ġew imsebbħa spazji miftuħa u ngħata mal-15,000 metra kwadru ta’ asfalt ġdid fil-madwar.

Dan tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet bit-tema Gvern għan-Nies, fejn il-Kap Eżekuttiv tal-isptar, Dr. Josianne Cutajar tenniet li dan kollu huwa parti minn aktar xogħlijiet li qed isiru biex San Vinċenz de Paule jkompli jkun post mill-aqwa għar-residenti tiegħu.

B’dan il-proġett inħolqu wkoll 360 parkeġġ ġdid madwar ir-residenza.

Infrastruttura Malta kienet importanti biex dan il-proġett sar realtà. Il-Ministru Ian Borg tenna kif din l-aġenzija qed tgħin bosta entitajiet fi ħdan il-Gvern.

Il-Ministru Michael Farrugia tenna li: “Bħalissa għaddej investiment massiċċ f’din ir-residenza biex ngħollu l-livell ta’ attenzjoni li nagħtu. Mhux biss għar-residenti t’hawnhekk imma anke residenti fi djar oħra u anke l-anzjani fil-komunità b’servizzi ġodda li se nagħtu.” Qal li dan il-proġett huwa dejjem immirat li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja kemm tar-resdienti kif ukoll tal-familjari tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com