Alexander Fenech Il-President Il-Ġdid ta’ Valletta FC

 Alexander Fenech Il-President Il-Ġdid ta’ Valletta FC

Alexander Fenech huwa l-President il-Ġdid ta’ Valletta FC hekk kif waqt il-laqgħa ġenerali annwali li saret ilbieraħ Victor Scriha ħabbar li kien qed jirtira.

Scriha kien ilu fit-tmexxija tat-tim mill-kapitali sa mill-2007 fejn taħt il-presidenza tiegħu Valletta FC rebħu seba kampjonati, tlett darbiet l-FA Trophy, seba darbiet is-super cup, tlett darbiet il-Euro Challenge Cup, l-Anniversary Cup kif ukoll il-Betfair Cup.

Fenech mill-ewwel żvela l-pjannijiet fit-tul li għandu għal Valletta FC hekk il-klabb ser ikun qed jiġi mibdul f’kumpanija fil-ġimgħat li ġejjin. L-għan prinċipali huwa li l-klabb ikun sostenibli mingħajr l-bżonn ta’ għajnuna diretta ta’ individwi.

Ritratt: Valletta FC

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com