Ara Kif Jistgħu Jgħinuk Takkwista Ċ-Ċertifikat Tiegħek Tal-Vaċċin

 Ara Kif Jistgħu Jgħinuk Takkwista Ċ-Ċertifikat Tiegħek Tal-Vaċċin

Ċittadin jista’ jżur wieħed miċ-ċentri ta’ servizz.gov imxerrdin madwar Malta għal assistenza biex iniżżel u jistampa ċ-Ċertifikat tal-Vaċċin.

Dawn iċ-ċentri jinsabu l-Birgu, Birkirkara, il-Fgura, Ħal Lija, Ħal Luqa, Ħal Qormi, il-Ħamrun, Ħaż-Żebbuġ, il-Mosta, l-Imsida, in-Naxxar, il-Qawra, ir-Rabat, Raħal Ġdid, San Ġwann, Tas-Sliema, il-Belt Valletta, Ħaż-Żabbar, iż-Żejtun u ż-Żurrieq.

Mit-8 ta’ Ġunju, ċittadin f’Għawdex jista’ jikseb dan is-servizz taċ-Ċertifikat tal-Vaċċin billi jmur l-Innovation Hub fix-Xewkija (Gozo Innovation Hub, Triq il-Pitkalija, Ix-Xewkija) jew inkella mir-Rabat, Għawdex (IMU, The Duke, Livell 2, Triq ir-Repubblika, Ir-Rabat, Għawdex). Il-ħinijiet tal-ftuħ t’Għawdex huma mit-Tnejn sal-Ġimgħa, mit-08.00 sas-14.00. Dan jappilkaw għal Għawdex biss.

Għal aktar informazzjoni wieħed jista’ jżur is-sit elettroniku ta’ servizz.gov www.servizz.gov.mt, iżur il-midja soċjali.

Ritratt: EURACTIV.com

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com