“Pa, Mhux Soltu Tiegħi Nesprimi Ruħi Lejk…” – Bernard Grech Jiċċelebra Għeluq Sninu

 “Pa, Mhux Soltu Tiegħi Nesprimi Ruħi Lejk…” – Bernard Grech Jiċċelebra Għeluq Sninu

“Pa, Mhux soltu tiegħi li nesprimi ruħi lejk bil-kliem, però llum hija ġurnata speċjali għalik u għalina.” Hekk kitbet bint Bernard Grech, Maria fuq il-profil tagħha hekk kif illum, il-Kap tal-Opożizzjoni qed jiċċelebra għeluq sninu.

Tenniet li minn ċkunitha hu kien il-persuna li dejjem ammirat u li afdat b’għajneja magħluqa.

“Niftakar preċiżament dik is-sekonda li għalaqt għajneja meta tawni l-lopju qabel l-operazzjoni, u niftakar it-tbissima ta’ inkoraġġiment li tajtni. Ħassejtni trankwilla u kalma u f’dak l-mument indunajt kemm inti dejjem tkun hemm għalija pa”, kompliet tisħaq Maria.
Saħqet li għalkemm issa naqaslu l-ħin tiegħu mal-familja minħabba l-impenn politiku, xorta waħda jirnexxielu jżomm kuntatt u relazzjoni tajba daqs qabel.
Maria faħħret il-valuri li rawmu fiha l-ġenituri tagħha u qalet li qiegħda taqsamhom mal-oħrajn, filwaqt li rringrazzjatu tal-ispirazzjoni biex timxi fit-triq tas-suċċess, pass pass.
Awguri Bernard Grech.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com