Arrestat Wara Li Nqabad B’9Kg Kannabis Moħbija F’Kompjuter U 150 Gramma Kokaina F’daru

 Arrestat Wara Li Nqabad B’9Kg Kannabis Moħbija F’Kompjuter U 150 Gramma Kokaina F’daru

Raġel ta’ 42 sena ġie arrestat mill-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga wara li nqabad b’disa’ kili droga moħbija f’kompjuter u 150 gramma sustanza bajda droga kakaina.

Il-Pulizija qalet li r-raġel ġie arrestat il-Ġimgħa li għadda. Id-droga kokaina nstabet fir-residenza tiegħu.

Il-valur fit-triq, li kieku d-droga kokaina nbiegħet kienet tlaħħaq d-€9,000 u l-kannabis kienet tlaħħaq l-€180,000.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella li ħatret inkjesta.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti illum, għall-ħabta tal-għaxra ta’ dalgħodu.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com