Jason Micallef Jgħid Li L-Awtoritajiet Tas-Saħħa Qed Jieħdu Deċiżjonijiet Assurdi Li Jwasslu Għall-Abbuż

 Jason Micallef Jgħid Li L-Awtoritajiet Tas-Saħħa Qed Jieħdu Deċiżjonijiet Assurdi Li Jwasslu Għall-Abbuż
Ic-Chairman tal-Valletta Cultural Agency Jason Micallef esprima d-diżappunt tiegħu lejn is-sitwazzjoni preżenti li skontu hija konsegwenza ta’ “deċiżjonijiet assurdni mill-awtoritajiet tas-saħħa”. Huwa qal li d-deċiżjonijiet meħuda minn dawn l-awtoritajiet qed iwasslu għal ħafna abbuż.
Micallef tella’ ritratt meħud fil-bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan, fejn eluf ta’ żgħażagħ jidher li qed jinġabru ta’ kuljum wara li jalqu l-istabbilimenti b’nofsillejl. Huwa saħaq li dawn ix-xena mistennija li jkomplu minħabba deċiżjonijiet ħżiena li ħadu l-awtoritajiet tas-saħħa, filwaqt li qal li l-pulizija ma għandhomx kontroll fuq is-sitwazzjoni.
Huwa qal li minkejja li hu biss jitkellem, jaf li l-entitajiet kulturali tal-Gvern kollha jħossuhom “injorati u ddiskriminati bil-kbir”. Filwaqt li qal li jħossuhom bl-istess mod “l-artisti kollha, event organizers, il-kumpaniji tal-loġistika, kantanti, mużiċisti, DJs, l-assoċjazzjonijiet sportivi, u oħrajn.”
Huwa temm il-messaġġ tiegħu b’botta għall-messaġġ ta’ Dr Chris Fearne fejn dalgħodu qal li llum m’għandnix każijiet ġodda ta’ COVID-19. “Imma l-aqwa li spiccajna f’tellieqa min l-ewwel se jħabbar li l-illum zero cases“, kiteb Jason Micallef fuq il-midja soċjali.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com