Avvanzat Ix-Xogħol Fi triq Għajn Tuffieħa L-Imġarr
fi stqarrija mill-Enemalta, intqal li x-xogħol fuq proġett għat-tisħiħ tas-sistema tad-distribuzzjoni tal-elettriku fl-inħawi tal-Imġarr f’Malta jinsab fi stadju avvanzat.
Dan kien jinvolvi t-tħaffir ta’ trinka biex jitpoġġa cable tal-11 kV fi Triq Għajn Tuffieħa l-Imġarr.
Minħabba dax-xogħol li qed isir mill-kuntrattur tal-Enemalta, f’parti mit-triq it-traffiku qed jgħaddi minn karreġġjata waħda. L-Enemalta qed tagħmel l-almu tagħha biex ix-xogħol jitlesta fl-iqsar żmien possibbli.
L-Enemalta tiskuża ruħha għal kwalunkwe inkonvenjent.