Bil-Filmat: Attivist B’Paraxut Jinżel Fi Grawnd Tal-Futball

 Bil-Filmat: Attivist B’Paraxut Jinżel Fi Grawnd Tal-Futball

Xena mhux mistennija, hekk kif ilbieraħ filgħaxija ftit minuti qabel bdiet il-logħba tal-UEFA EURO 2020 bejn Franza u l-Ġermanja, attivist ta’ Greenpeace deher nieżel b’paraxut f’Allianz Stadium f’Munich.

Jidher li numru ta’ persuni kellhom imorru l-isptar hekk kif ġew milqutha mill-paraxut hu u nieżel fl-imsemmi grawnd tal-futball. Kif jidher ukoll fil-filmat, dan l-inċident seta’ kellu konsegwenzi ferm għar minn hekk, hekk kif il-paraxut għadha viċin ħafna tal-partitarji u dawk preżenti fil-grawnd.

Fuq Twitter ta’ Greenpeace fil-Ġermanja ġie kkonfermat li din kienet ‘stunt’ bi protesta kontra sponsor tal-UEFA EURO 2020: Volkswagen u bdew jitolbu li jieqaf li bejgħ tal-karozzi li jaħdmu bil-petrol u d-diżil. Greenpeace talbu skuża għal dan, hekk kif jidher li wara diffikultajiet tekniċi l-paraxut kellu jagħmel l-inżult tiegħu fil-grawnd. Il-paraxut kellu miktub fuqu “Greenpeace” u slogan bil-kliem “KICK OUT OIL!”.

Ritratt Prinċipali: EPA

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com