Bil-Filmat: Jitnaddaf U Jerġgħu Jħammġu – Is-Sindku Qormi Juri L-Għadab Tiegħu
![Bil-Filmat: Jitnaddaf U Jerġgħu Jħammġu – Is-Sindku Qormi Juri L-Għadab Tiegħu](https://stradarjali.com/wp-content/uploads/2021/06/WhatsApp-Image-2021-06-16-at-14.18.16-850x560.jpeg)
Is-Sindku ta’ Ħal Qormi Josef Masini Vento f’filmat li tella’ fuq il-midja soċjali tiegħu, wera l-għadab u d-diżappunt għall-attitudni ta’ xi wħud li wara li akkwata fi Triq il-Wied tnaddfet kemm -il darba, uħud qed jerġgħu jħammġu bla rispett ta’ xejn.
Tenna li saħansitra sab passaport skadut u dokumenti uffiċċjali fosthom ‘statements’ tal-bank li jappartjenu għall-istess persuna.
Qal li se jagħmel rapport l-għassa u jistenna li jittieħdu passi.
Jidher li hawn ċerti nies, b’xejn ma jitgħallmu u nazzardaw ngħidu, li l-ħmieġ iħobbuh!