Bil-Filmat: Xufier Tal-Karozzi Tal-Linja Jsalva Ferħ Ta’ Qattusa Mit-Triq

 Bil-Filmat: Xufier Tal-Karozzi Tal-Linja Jsalva Ferħ Ta’ Qattusa Mit-Triq

Dalgħodu, ix-Xufier Karsten Agius, waqt ir-ronda tiegħu bit-trasport pubbliku, iltaqa’ ma’ ħlejqa ċkejkna f’nofs ta’ triq.

Kien ferħ ta’ qattusa li ddeċieda li jinżel jiġborha biex ma titgħaffiġx minn xi vettura.

Agius tkellem magħna u qalilna li l-annimali jħobbhom ħafna. Huwa ċempel lill-ambulanza tal-annimali li marret dlonk tiġbor dan il-ferħ.

Prosit Karsten.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com