Christian Eriksen Mhux Mistenni Li Jerġa’ Jilgħab Futbol F’Ħajtu

 Christian Eriksen Mhux Mistenni Li Jerġa’ Jilgħab Futbol F’Ħajtu

Diversi esperti mediċi internazzjonali ddikjaraw li wara dak li raw u b’dak li jidher li seħħ lill-plejer Christian Eriksen fil-partita tal-Euro 2020 bejn id-Danimarka u l-Fillandja, mhux mistenni li jerġa’ jirritorna jilgħab il-futbol, anke meta jirkupra.

Illum mistenni li jkun hemm bulettin mediku dwar is-saħħa ta’ Eriksen mill-federazzjoni Daniża li fih mistennija jagħtu aktar dettalji dwar il-kundizzjoni tal-plejer.

Kien fit-43 minuta tal-ewwel taqsima meta Eriksen, kien qed jiġri viċin il-linja laterali sabiex jirċievi ballun minn throw-in x’ħin deher jaqa’ fl-art.

Malli l-plejers indunaw b’li ġralu Eriksen mill-ewwel għajtu lit-tobba u l-fiżjoterapisti Daniżi u daru mal-midfielder. Kienu diversi l-plejers li dehru bid-dmugħ f’għajnejhom u ma jistgħux jemmnu dak li kienu qed jesperjenzaw.

Wara minuti ta’ tensjoni l-plejer t’Inter inħareġ mill-grawnd. Christian Eriksen deher ħiereġ mill-grawnd fuq stretcher bl-ossiġnu ma’ ħalqu u għajnejh dehru miftuħin.

Il-Partita kompliet aktar tard wara qbil bejn l-uffiċjali tal-UEFA u l-federazzjonijiet konċernati u l-partita ntrebħet mill-Fillandja bl-iskor ta’ 1-0.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com