Disinn Partikolari Li Jakkomoda Lill-Passiġġieri Fuq L-Ajruplan!
Kemm il-darba xtaqt li kellek post aktar komdu fejn tpoġġi waqt li kont fuq ajruplan?
Jidher li hemm diversi disinjaturi li qegħdin jaħdmu fuq modi ġodda kif jakkomodaw lill-passiġġieri fuq l-ajruplan u jsibu bilanċ sabiex filwaqt li jkun hemm l-ikbar ammont possibbli ta’ passiġġieri, l-esperjenza għal kull passiġġier tkun pjaċevoli.
Waqt Crystal Cabin Awards, premjijiet li jippremjaw l-aħjar disinni tal-ajruplani minn ġewwa, jispikka disinn partikolari: Chaise Longue Economy Seat Project, li juri żewġ livelli ta’ postijiet fejn ipoġġu l-passiġġieri, b’uħud ikunu ftit elevati. Jidher li d-disinjatur ta’ dan id-disinn – Alejandro Núñez Vicente, student ta’ 21 sena kien xi ftit jew wisq spirat mill-fatt li ddejjaq jitla’ fuq ajruplani li ma jkollhomx biżżejjed spazju fejn wieħed ipoġġi saqajh, u b’hekk il-passiġġier ikun skomdu. Iżda b’dan id-disinn jidher li dan l-inkonvenjent jissolva!
Ritratt: CNN/ Crystal Cabin Awards